september, 2021

20sep10:00 am Attivitajiet għat-tfal zgħar: Pitturi li jinkitbu

more

Event Details

It-tfal li għandhom il-passaport tal-istudenti ta’ Heritage Malta qed jingħataw l-opportunità li jgawdu sajf mimli attivitajiet edukattivi u divertenti, grazzi għal programm imħejji għalihom mit-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Outreach tal-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali.
B’differenza mis-sjuf preċedenti, l-attivitajiet ta’ dan is-sajf se jsiru kollha virtwalment permezz ta’ zoom.
Pitturi li jinkitbu – Imtellgħa b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, waqt din l-attività se niktbu kitbiet fittizji fuq waħda mill-pitturi esibiti bħala parti mill-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’.
Dawn l-attivitajiet ha jkunu bil-Malti u jisewew €5 kull waħda.
Minbarra dawn l-attivitajiet, matul dan is-sajf se jiġu organizzati tliet kompetizzjonijiet għall-istudenti – waħda kull xahar f’Lulju, Awwissu u Settembru. Il-kompetizzjonijiet se jinvolvu l-fotografija, il-kitba u t-tpinġija.
Biex tirreġistra għas-sessjonijiet: 
Program tas-Sajf – Pitturi li jinkitbu – https://zoom.us/webinar/register/WN_q2Wan5cRQf6B6Y-kW5XVtw
Għal aktar tagħrif dwar kif tista tieħu sehem fil-kompetizzjonijiet, wieħed jista’ jibgħat email lil passport@heritagemalta.org .

Time

(Monday) 10:00 am

0
X