Heritage Malta tibda tiġbor tifkiriet ta’ persuni li ħadmu fit-Tarzna

 

“Il-ħaddiem li bix-xogħol joħloq, ma jmut qatt.” Hekk tgħid il-kitba fuq mafkar fid-daħla tat-Tarzna ta’ Malta. U hekk hu tassew. Għax meta l-bniedem jieħu l-aħħar nifs u jsir parti mill-istorja, iħalli warajh legat – mhux biss ta’ oġġetti materjali li jibqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra fil-familja u fuq il-post tax-xogħol, iżda wkoll il-legat intanġibbli u imprezzabbli ta’ tifkirietu.

Heritage Malta qed tniedi proġett maħsub biex it-tifkiriet ta’ dawk li ħadmu fit-Tarzna ma jintilfu qatt, billi jibqgħu maħżuna b’mod diġitizzat għal kull min ġej warajna li jgħożż daqsna t-tradizzjoni orali unika ħierġa minn fomm dawk li ġarrbu ħafna, tgħallmu ħafna u għallmu ħafna.

Jekk inti qattajt bosta snin taqla’ l-għajxien tiegħek mit-Tarzna u tixtieq tieħu sehem f’dan il-proġett, ikkuntattjana b’email fuq digitisation@heritagemalta.org

Dan huwa proġett iffinanzjat mill-EEA Norway Grants.

VERŻJONI BL-INGLIŻ/ ENGLISH VERSION

Ritratt meħud minn Imperial War Museum

0
X