Malta Oskura: Il-Forka (Live Webinar)

Ġrajjiet tal-biża’ li seħħew tassew matul l-istorja twila tat-tgħalliq bil-forka f’Malta se jiġu rakkontati fit-tieni webinar organizzat minn Heritage Malta fis-sensiela “Malta Oskura”. Wara s-suċċess tal-ewwel webinar f’din is-sensiela, it-tieni webinar – bit-titlu “Malta Oskura: Il-Forka” – se  jixxandar f’żewġ dati differenti, it-Tlieta 13 u l-Ħamis 15 ta’ April, fit-8.30pm. Ir-riċerka estensiva li saret bi tħejjija għal dan il-webinar se tiżgura esperjenza awdjoviżiva unika għall-parteċipanti. Filmati rari tal-forka antika li għadek issib f’kamra li kienet inbniet apposta fil-ħabs ta’ Kordin se jkunu parti minn din l-esperjenza.

Il-vjaġġ virtwali jieħu madwar nofs siegħa u se jkun bil-Malti, b’sottotitli bl-Ingliż. Warajh issir sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-webinar huma mitluba jirreġistraw minn qabel hawnhekk għall-prezz ta’ 5.00 :

13 ta’ April – AGĦFAS HAWN

15 ta’ April – AGĦFAS HAWN

 

Frightful tales dotting the long history of judicial hanging in Malta will be recounted in the second webinar organised by Heritage Malta in the “Malta Oskura” series. Following the success of the first webinar in the series, the second webinar – entitled “Malta Oskura: Judicial Hanging” – will be aired on two different dates, Tuesday 13th and Thursday 15th April, at 8.30pm. The extensive research that this webinar has entailed will ensure a unique audiovisual experience for participants. Rare footage of the old gallows still found in the purposely-built room at the Corradino Prison will also be featured.

The virtual tour, approximately 30 minutes long, will be in Maltese, with English subtitles. It will be followed by a question and answer session. Participants are requested to register beforehand via these links with a fee of 5.00 :

13th April – CLICK HERE

15th April – CLICK HERE

 

0
X