It-tfal li għandhom il-passaport tal-istudenti ta’ Heritage Malta qed jingħataw l-opportunità li jgawdu sajf mimli attivitajiet edukattivi u divertenti, grazzi għal programm imħejji għalihom mit-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Outreach tal-aÄ¡enzija nazzjonali għall-wirt kulturali.

B’differenza mis-sjuf preċedenti, l-attivitajiet ta’ dan is-sajf se jsiru kollha virtwalment permezz ta’ zoom.

L-attivitajiet għal dawk minn 12 sa 15-il sena se jkunu jikkonsistu f’seba’ sessjonijiet bl-isem ‘Leħħiet fuq l-Istorja’, fejn esperti ta’ Heritage Malta se jagħtu daqqa t’għajn lejn l-istorja ta’ pajjiżna mill-preistorja sas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Kull sessjoni se tkun twila 45 minuta u tinkludi animazzjoni ta’ madwar 20 minuta, diskussjoni qasira u ħin għall-mistoqsijiet tal-parteċipanti.

Lista tal-Episodji

  • Episodju 1 — It-Tlieta 6 ta’ Lulju fl-10:00am — Il-Preistorja

  • Episodju 2 – It-Tlieta 20 ta’ Lulju fl-10:00am – Il-FeniÄ‹i

  • Episodju 3 — It-Tlieta 3 ta’ Awwissu fl-10:00am – Ir-Rumani

  • Episodju 4 — It-Tlieta 17 ta’ Awwissu fl-10:00am – Il-Medjuevu

  • Episodju 5 – It-Tlieta 31 ta’ Awwissu fl-10:00am – Il-Kavallieri

  • Episodju 6 — It-Tlieta 7 ta’ Settembru fl-10:00am – Il-FranÄ‹iżi

  • Episodju 7 — It-Tlieta 14 ta’ Settembru fl-10:00am — sal-Unjoni Ewropea

Il-ħlas għal kull sessjoni huwa ta’ €5. Is-sessjonijiet se jsiru darba kull ħmistax u jkunu bil-Malti, b’massimu ta’ 15-il parteċipant kull darba. Jingħata rigal lil kull min jirreġistra għall-pakkett sħiħ ta’ seba’ sessjonijiet.

Minbarra dawn l-attivitajiet, matul dan is-sajf se jiġu organizzati tliet kompetizzjonijiet għall-istudenti — waħda kull xahar f’Lulju, Awwissu u Settembru. Il-kompetizzjonijiet se jinvolvu l-fotografija, il-kitba u t-tpinġija.

Biex tirreġistra għas-sessjonijiet:

Leħħa Storja – Episodju 1: Il-Preistorja – https://zoom.us/webinar/register/WN_13r-gdZhR9Sggm0X0RFYYQ

Leħħa Storja – Episodju 2: Il-FeniÄ‹i – https://zoom.us/webinar/register/WN_Du5km1GLQGOUcZ1vQd120w
Leħħa Storja – Episodju 3: Ir-Rumani – https://zoom.us/webinar/register/WN_uwzCUo_6SgOVX6Y45ROyDQ
Leħħa Storja – Episodju 4: Il-Medjuevu – https://zoom.us/webinar/register/WN_gJrlcFTdQguCZGsJf4NFzw

Leħħa Storja – Episodju 5: Il-Kavallieri – https://zoom.us/webinar/register/WN_xwJ2Nq2nTwSB0oN9j5LwDg
Leħħa Storja – Episodju 6: Il-FranÄ‹iżi – https://zoom.us/webinar/register/WN_yP4vEULsQgCOdMHmSXrI8g
Leħħa Storja – Episodju 7: Sa l-Unjoni Ewropeja – https://zoom.us/webinar/register/WN_mGpc-pOaTyeXZt6byXWlnQ

Għal aktar tagħrif dwar kif tista tieħu sehem fil-kompetizzjonijiet, wieħed jista’ jibgħat email lil passport@heritagemalta.org .

Leave a Reply